Sustanzi kimiċi fl-ikel - Chemicals In Our Life

Sustanzi kimiċi fl-ikel

L-ikel kollu huwa magħmul minn sustanzi kimiċi. Ħafna minn dawn qegħdin hemm b’mod naturali, oħrajn le. Aqra dwar l-addittivi u sir af fejn tista’ tfittex għal aktar informazzjoni.

Aħseb dwar in-nutrijenti fl-ikel tiegħek bħall-karboidrati, il-proteina, ix-xaħam u l-fibra - dawn huma kollha magħmula minn komposti kimiċi. Ma hemm ebda ikel “mingħajr sustanzi kimiċi”. Pereżempju, frawla fiha bosta sustanzi kimiċi:


(sors: James Kennedy)

Madankollu, xi sustanzi kimiċi jistgħu jqajmu tħassib dwar is-saħħa. Dan jiddependi mit-tossiċità u mil-livelli tagħhom f’ġisimna. Ix-xjenzjati jirrakkomandaw livelli siguri għall-preżenza tagħhom fl-ikel u jinfurmaw lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li mbagħad jirregolaw l-użu tas-sustanzi kimiċi fl-ikel.

Fl-Ewropa, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tindirizza s-sigurtà alimentari, inkluż is-sustanzi kimiċi fl-ikel.

U dwar l-addittivi tal-ikel?

L-addittivi tal-ikel jintużaw għal bosta skopijiet. Dawn jistgħu jkunu, pereżempju, biex jagħtu kulur, jagħmlu l-ikel ħelu jew jgħinu biex jippreservaw l-ikel. Fl-Unjoni Ewropea, l-addittivi tal-ikel jiġu identifikati permezz ta’ numru E u jiġu inklużi fil-listi ta’ ingredjenti tal-prodotti. It-tikketti tal-prodotti jridu jidentifikaw il-funzjoni tal-addittiv (eż. kulur, preservattiv) u s-sustanza speċifika li tintuża (eż. E 415 jew Xanthan gum).

Il-Kummissjoni Ewropea żżomm bażi ta' data dwar l-additivi tal-ikel li huma approvati fl-UE.

Materjali f’kuntatt mal-ikel

Il-materjali f’kuntatt mal-ikel huma, pereżempju, imballaġġ u kontenituri, tagħmir tal-kċina, pożati u dixxijiet. Dawn jistgħu jkunu magħmula minn varjetà ta’ materjali inklużi plastiks, gomma, karta u metall.

Peress li s-sustanzi kimiċi jimxu mill-materjal għal fl-ikel, is-sigurtà tal-materjali f’kuntatt mal-ikel trid tiġi evalwata. Il-materjali jridu jiġu manifatturati sabiex kwalunkwe trasferiment potenzjali għall-ikel ma jqajjimx tħassib dwar is-sigurtà.

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tevalwa s-sigurtà ta’ materjali f’kuntatt mal-ikel.

Aqra aktar