Uża d-dritt tiegħek li tistaqsi Jekk tissuspetta li prodott li tixtri jista’ jkun fih sustanzi kimiċi li jistgħu jkunu ta’ ħsara, inti għandek id-dritt li tistaqsi għal informazzjoni dwarhom. consumer_read-more
Alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali Is-sustanzi kimiċi jeħtieġ li jiġu ttestjati sabiex ikunu siguri biex jintużaw. Dan ifisser li neħtieġu informazzjoni xjentifika dwar is-sustanzi kimiċi biex nifhmu kif dawn jistgħu jaffettwaw in-nies u l-ambjent. Jista’ jkun hemm diversi modi kif tinkiseb din id-data. consumer_read-more
L-ewwel għajnuna għall-esponiment għal sustanzi kimiċi Il-veleni huma sustanzi li jagħmlulek il-ħsara meta tiblagħhom, tiġbidhom man-nifs jew jiġu f’kuntatt mal-ġilda tiegħek jew m’għajnejk. Anke jekk toqgħod attent ħafna u tkun żgur li s-sustanzi kimiċi tiegħek qegħdin maħżuna fejn ma tistax tilħaqhom, xorta jista’ jkun hemm esponiment. Jekk dan iseħħ, iċ-ċentru nazzjonali ta’ kontra l-veleni tiegħek qiegħed hemm biex jgħinek. consumer_read-more
L-industrija se tirreġistra s-sustanzi kimiċi Fis-suq insibu eluf ta’ sustanzi kimiċi differenti. Dawk użati fl-Ewropa u li jiżnu ’l fuq minn tunnellata jridu jiġu rreġistrati sabiex inkunu nistgħu nsiru nafu aktar dwar l-impatt potenzjali tagħhom fuq saħħitna u l-ambjent. consumer_read-more
Tfittxija għal sustanzi kimiċi Agħti daqqa t’għajn lejn il-bażi ta’ data unika tagħna sabiex issir taf aktar dwar is-sustanzi kimiċi użati kuljum fl-Ewropa. consumer_read-more
Kif jiġu kkontrollati s-sustanzi kimiċi? Il-ħajja ma tkunx teżisti mingħajr sustanzi kimiċi - dawn huma preżenti fina, madwarna, u f’kull prodott li nixtru. L-Unjoni Ewropea għandha l-aktar liġijiet ambizzjużi dwar is-sustanzi kimiċi fid-dinja biex jipproteġuna. Kemm il-kumpaniji kif ukoll l-awtoritajiet għandhom rwol x’jaqdu fit-titjib tas-sigurtà. consumer_read-more
Ifhem it-tikketti Simboli ta’ twissija u kuluri speċifiċi fuq it-tikketti tal-prodotti jipprovdu informazzjoni dwar il-ħsara li sustanza jew taħlita partikolari tista’ tikkawża lil saħħtek jew lill-ambjent. consumer_read-more