L-industrija se tirreġistra s-sustanzi kimiċi - Chemicals In Our Life

L-industrija se tirreġistra s-sustanzi kimiċi

Fis-suq insibu eluf ta’ sustanzi kimiċi differenti. Dawk użati fl-Ewropa u li jiżnu ’l fuq minn tunnellata jridu jiġu rreġistrati sabiex inkunu nistgħu nsiru nafu aktar dwar l-impatt potenzjali tagħhom fuq saħħitna u l-ambjent.

L-industrija tas-sustanzi kimiċi taqleb il-materja prima bħaż-żejt, il-gass naturali, l-arja, l-ilma, il-metalli u l-minerali f’eluf ta’ prodotti differenti. Il-produzzjoni globali ta’ sustanzi kimiċi żdiedet minn miljun tunnellata fl-1930 għal diversi mijiet ta’ miljuni ta’ tunnellati llum il-ġurnata. 

In-numru preċiż ta’ sustanzi kimiċi fis-suq għadu mhux magħruf, u ħafna oħrajn ġodda jiġu introdotti kull sena.

Ir-Regolament REACH, il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi tal-UE, jirrikjedi r-reġistrazzjoni tas-sustanzi kimiċi li jiġu manifatturati jew importati fl-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea f’tunnellata jew aktar fis-sena. L-ECHA tistenna li sal-2018 jiġu rreġistrati sa 30 000 sustanza kimika. Il-kumpaniji jeħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi li jipprovdu u jużaw, il-karatteristiċi ta' periklu tagħhom u kif dawn jistgħu jintużaw b’mod sikur. B’dan il-mod, nistgħu nkunu nafu aktar dwar l-impatt potenzjali tagħhom fuq saħħitna u fuq l-ambjent. Ħafna minn din id-data hija ppubblikata fuq is-sit web tal-ECHA.

Segwi r-reġistrazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi!

Din il-mappa turik in-numru ta’ reġistrazzjonijiet li l-ECHA rċeviet minn pajjiżi differenti. Inti tista’ tara fejn is-sustanzi kimiċi jiġu prodotti jew importanti fl-Unjoni Ewropea / fiż-Żona Ekonomika Ewropea u liema huma l-aktar sustanzi kimiċi li jiġu rreġistrati. 

Fl-UE, l-industrija tas-sustanzi kimiċi tiswa aktar minn EUR 500 biljun f’sena. Din timpjega 1.2 miljun ħaddiem direttament, u sa 3.6 miljuni jaħdmu f’setturi li jużaw is-sustanzi kimiċi. 

Aqra aktar