Uża d-dritt tiegħek li tistaqsi
Jekk tissuspetta li prodott li tixtri jista’ jkun fih sustanzi kimiċi li jistgħu jkunu ta’ ħsara, inti għandek id-dritt li tistaqsi għal informazzjoni dwarhom.
Inti għandek id-dritt li tistaqsi jekk il-prodotti li tixtri fihomx sustanzi kimiċi ’l fuq minn ċertu limitu li jista’ jkun ta’ ħsara għas-saħħa tiegħek jew għall-ambjent. Dawn l-hekk imsejħa sustanzi ta’ tħassib serju ħafna (SVHCs) huma inklużi fil-Lista ta’ Kandidati ta’ SVHCs ta' REACH. Bil-liġi, il-fornituri jridu jagħtuk din l-informazzjoni, mingħajr ħlas, fi żmien 45 jum mid-data tat-talba tiegħek.
Id-dritt tiegħek li titlob japplika għal oġġetti bħal tessuti, għamara, żraben, tagħmir tal-isport, ġugarelli u tagħmir elettroniku iżda ma jkoprix taħlitiet bħal żebgħat, deterġenti, mediċini, kożmetiċi u ikel.
Kif għandek tistaqsi għal din l-informazzjoni?
Tista’ tmur direttament fil-ħanut fejn tkun xtrajt il-prodott jew inkella tikkuntattja l-produttur jew l-importatur. L-aħjar huwa li tagħmel it-talba tiegħek bil-miktub. Ħafna awtoritajiet nazzjonali u organizzazzjonijiet tal-konsumaturi ppreparaw ittri mudell biex jgħinuk tagħmel dan. Huma disponibbli wkoll apps ta’ apparati mobbli li jistgħu jgħinuk.
Sabiex tikseb l-informazzjoni xierqa, jenħtieġ li inti:
- tinkludi l-isem jew id-deskrizzjoni tal-prodott li interessat fih;
- tistaqsi jekk il-prodott fihx xi sustanzi ta’ tħassib serju ħafna (SVHCs) li huma inklużi fil-Lista ta’ Kandidati ta' REACH - is-sustanzi jistgħu jkunu jew fil-prodott innifsu jew inkella fl-imballaġġ tiegħu;
- tinkludi referanza għas-sit web tal-ECHA, fejn tista’ ssib aktar informazzjoni dwar l-obbli skont ir-Regolament ta' REACH.
Il-fornituri jridu jipprovdu biss informazzjoni dwar dawn is-sustanzi jekk jistgħu jinsabu f’konċentrazzjonijiet ta’ ’l fuq minn 0.1 % tal-piż tal-prodott. Dan ifisser li ma għandhomx għalfejn jgħidulek dwar sustanzi oħra fil-prodott jew saħansitra dwar SVHCs fil-prodott jekk ikunu preżenti f’konċentrazzjoni aktar baxxa.
Ittri mudell għall-konsumaturi:
- Aġenzija Ġermaniża dwar l-Ambjent [EN, DE]
- Rabta bejn is-Saħħa u l-Ambjent [CS, DA, EN, DE, FR, NL, SK]
- L-Aġenzija Żvediża għas-Sustanzi Kimiċi [SV]
Apps għall-konsumaturi
Ħafna organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u xi awtoritajiet nazzjonali pproduċew apps għal apparati mobbli u gwidi li jistgħu jgħinuk issib liema sustanzi kimiċi huma preżenti f’ċerti prodotti. Aħna ġbarna xi links li jistgħu jkunu ta’ interess għalik hawn taħt.
- Scan4Chem app [DE, EN]
- Tjek Kemien [DA]
- Ask REACH [EN]
- UBA consumer survey [EN]
- ToxFox [DE]
- Kemikalieappen Sweden: Google Play, App Store [SV]
- Nestbau [DE]
- FindNano [EN]
- Ojo a la etiqueta [ES]
- Red de emoji [NL, FR]
- Kemiluppen [DA]
- Appli QuelCosmetic [FR]