Fejn tista' ssib aktar informazzjoni dwar is-sigurtà tas-sustanzi kimiċi fuq il-post tax-xogħol - Chemicals In Our Life

Fejn tista' ssib aktar informazzjoni dwar is-sigurtà tas-sustanzi kimiċi fuq il-post tax-xogħol

Li tkun taf dwar is-sustanzi kimiċi li taħdem bihom huwa importanti biex tifhem kif dawn jistgħu jintużaw b’mod sigur. Ħafna informazzjoni hija disponibbli minn sorsi ta’ min joqgħod fuqhom għalhekk kun ċert/a li tużahom.

Informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi perikolużi u dawk li jintużaw b’mod aktar komuni fis-suq tal-UE u kif dawn jiġu kklassifikati hija disponibbli fuq is-sit web tagħna.

Maż-żmien, jistgħu jiġu identifikati perikli ġodda għas-sustanzi kimiċi. Dan jista’ jwassal għal bidla fil-klassifikazzjoni ta' periklu tagħhom u l-impjegatur tiegħek jaf ikun jeħtieġ jirrevedi l-valutazzjoni tar-riskju u l-miżuri tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tiegħek. Għalhekk kun ċert/a li int jew l-impjegatur tiegħek iżżuru s-sit web tagħna b'mod regolari.

It-“tfittxija għas-sustanzi kimiċi” tagħna hija post tajjeb minn fejn tibda.

Dan huwa sors uniku ta’ informazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi manifatturati u importati fl-Ewropa. Dan ikopri l-karatteristiċi perikolużi, il-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tagħhom, u informazzjoni dwar kif tużahom b’mod sigur. Il-bażi ta' data tiġi aġġornata regolarment.

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)

Fl-Ewropa kollha, miljuni ta’ ħaddiema jiġu f’kuntatt ma’ aġenti kimiċi u bijoloġiċi li jistgħu jagħmlulhom il-ħsara. L-EU-OSHA tindirizza wkoll sustanzi perikolużi li joħolqu riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-ħaddiema. Din taħdem biex tagħmel il-postijiet tax-xogħol Ewropej aktar siguri, aktar b’saħħithom u aktar produttivi - għall-benefiċċju tan-negozji, tal-impjegati u tal-gvernijiet.

Staqsi lit-trade union tiegħek

It-trade unions Ewropej qegħdin jaħdmu b’mod attiv mal-awtoritajiet tal-UE biex jipproteġu lill-ħaddiema minn esponiment kimiku. Tista’ ssib minjiera ta' informazzjoni fuq is-siti web tagħhom, inklużi għodod u riżorsi utli biex jgħinuk tibqa’ sigur/a.

Heathy workplaces - manage dangerous substances