Substances we dont want in our clothes - Chemicals In Our Life

Sustanzi li ma rridux fi ħwejjiġna

Sustanzi li ma rridux fi ħwejjiġna

L-UE ħadet azzjoni biex tirrestrinġi l-preżenza fit-tessuti ta’ sustanzi kimiċi magħrufa li jikkawżaw il-kanċer, ibiddlu d-DNA jew ikunu ta’ ħsara għar-riproduzzjoni tal-bniedem.

Il-konsumaturi jistgħu jkunu esposti għal sustanzi kimiċi perikolużi fit-tessuti permezz ta’ kuntatt mal-ġilda, jew mat-teħid tan-nifs jew inġestjoni mhux intenzjonata ta’ trab rilaxxat mill-materjali. L-aktar vulnerabbli għall-esponiment minn dawn is-sustanzi huma ta’ spiss it-tfal u n-nisa tqal, li jistgħu jesperjenzaw aktar effetti negattivi fuq is-saħħa.

Restrizzjoni ġdida fl-UE kollha kemm hi, li se tapplika minn Ottubru 2020, tillimita l-użu ta’ 33 sustanza kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR). Dawn is-sustanzi jistgħu jintużaw fil-proċessi tal-produzzjoni jew biex jagħtu karatteristiċi speċifiċi lill-prodott, bħal pereżempju biex id-drapp ma jinxtorobx jew biex ikun reżistenti għat-tikmix. Ir-restrizzjoni tapplika kemm għal ħwejjieġ magħmula fl-UE kif ukoll dawk importati, tessuti bħal bjankerija tas-sodda u tapizzerija, u xedd is-saqajn.

Kull waħda mis-sustanzi ristretti għandha karatteristiċi differenti u jintużaw fi proċessi differenti fl-industriji tat-tessuti u tax-xedd is-saqajn, għaldaqstant ġew speċifikati limiti ta’ konċentrazzjoni massimi għal sustanzi individwali jew gruppi ta’ sustanzi.

Ir-restrizzjoni tkopri sustanzi mill-gruppi li ġejjin:

Lista sħiħa tas-sustanzi proposti għar-restrizzjoni u l-limiti ta’ konċentrazzjoni tagħhom hija disponibbli fir-regolament.

Ħwejjeġ, aċċessorji relatati u xedd is-saqajn magħmula mill-ġilda, mill-fer u mill-ġlud kif ukoll qfieli mhux magħmuli mit-tessuti u aċċessorji dekorattivi ġew esklużi, peress li jintużaw proċessi differenti fil-produzzjoni tagħhom. Barra minn hekk, it-tessuti użati fit-tagħmir mediku u prodotti użati li qegħdin jintużaw mill-konsumatur qabel ma tibda tapplika r-restrizzjoni huma eżentati.

Restrizzjonijiet huma miżuri regolatorji biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent minn riskji inaċċettabbli kkawżati minn sustanzi kimiċi. Huma jistgħu jillimitaw jew jipprojbixxu l-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ sustanza waħidha, f’taħlita jew fi prodott.