Ipproteġi lilek innifsek - Chemicals In Our Life

Ipproteġi lilek innifsek

Bħala ħaddiem/a, hemm ħafna x’tista’ tagħmel u x’jenħtieġ li tagħmel biex tipproteġi lilek innifsek u lil oħrajn madwarek meta timmaniġġja sustanzi kimiċi perikolużi. Kun ċert/a li ssegwi l-passi bażiċi biex tibqa’ sigur/a.

Is-sustanzi kimiċi fuq il-post tax-xogħol jistgħu jikkawżaw perikli għalik u għal ħaddiema oħra madwarek. Id-dħaħen jew il-likwidi jistgħu jixterdu jekk ma jiġux immaniġġjati kif suppost u jikkawżaw pereżempju avvelenament jew problemi respiratorji. Ċerti sustanzi kimiċi jistgħu jikkawżaw ukoll il-kanċer, ħsara lill-feti jew lis-saħħa riproduttiva.

Hawnhekk tista' ssib lista ta’ kontroll biex tgħinek tibqa’ sigur/a.

  • Itlob informazzjoni u taħriġ regolari dwar kif timmaniġġja s-sustanzi kimiċi perikolużi.
  • Aqra u ifhem l-iskedi ta’ data ta’ sigurtà inkluż il-perikli għal kull sustanza kimika li taħdem biha.
  • Kun af kif timmaniġġja s-sustanzi kimiċi kif suppost sabiex tevita esponiment.
  • Qatt tħalli fjamma mikxufa waħedha.
  • Immaniġġja s-sustanzi kimiċi b’attenzjoni.
  • Iġbed xagħar twil lura u neħħi lbies mhux issikkat.
  • Uża xedd tas-saqajn xieraq u tużax aċċessorji.
  • Dejjem uża goggils tas-sigurtà jew nuċċalijiet tas-sigurtà, kif ukoll kwalunkwe tagħmir personali protettiv xieraq ieħor.
  • Oqgħod attent/a għall-iġjene.
  • Armi l-iskart kif xieraq.
  • Irrapporta l-aċċidenti immedjatament lis-superviżur tiegħek.

Dawn il-passi u l-informazzjoni li teħtieġ biex tagħmel xogħlok b’mod sigur jistgħu jvarjaw skont il-post tax-xogħol tiegħek. Ftakar li jekk ikollok xi dubju, dejjem ikkuntattja lis-superviżur tiegħek. Aktar informazzjoni u pariri prattiċi dwar is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jistgħu jinstabu mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.