Linka tat-tatwaġġi - Chemicals In Our Life

Linka tat-tatwaġġi

It-tatwaġġi huma forma popolari ta’ arti tal-ġisem – mill-inqas 12 % tal-Ewropej għandhom dan it-tip ta’ arti. Dawn isiru billi tiġi injettata linka kkulurita taħt il-ġilda biex tħalli disinn permanenti. Ir-riskji għas-saħħa mill-użu ta’ labar maħmuġin biex jinjettaw il-linka ilhom taħt skrutinju għal xi żmien. Issa, it-tħassib tagħhom relatat mas-sustanza kimika ġie analizzat ukoll u r-riskji tagħhom ġew regolati fil-livell tal-UE.

Il-linka tat-tatwaġġi u l-make-up permanenti huma taħlita ta’ diversi sustanzi kimiċi. Peress li dawn is-sustanzi kimiċi jistgħu jibqgħu fil-ġisem għal ħajjithom, hemm ukoll il-possibbiltà ta’ esponiment fit-tul għall-ingredjenti potenzjalment dannużi. Dawn is-sustanzi kimiċi jistgħu jikkawżaw allerġiji tal-ġilda u impatti oħra aktar serji fuq is-saħħa bħall-mutazzjonijiet ġenetiċi u l-kanċer.

Biex jiġu protetti ċ-ċittadini Ewropej, eluf ta’ sustanzi kimiċi perikolużi li jinsabu fil-linka tat-tatwaġġi u fil-make-up permanenti huma ristretti fl-UE skont ir-Regolament REACH minn Jannar 2022. L-għan mhuwiex li jiġi pprojbit it-tatwaġġ iżda li l-kuluri użati fit-tatwaġġi u fil-make-up permanenti jsiru aktar sikuri.

Ir-restrizzjoni tkopri, pereżempju, sustanzi kimiċi li:

  • jikkawża kanċer jew mutazzjonijiet ġenetiċi;
  • huma tossiċi għar-riproduzzjoni;
  • huma sensitizzaturi u irritanti tal-ġilda.

Aktar minn 1 000 każ ta’ reazzjonijiet allerġiċi kroniċi se jiġu evitati kull sena bħala riżultat tar-restrizzjoni. Diversi reazzjonijiet oħra tal-ġilda u effetti serji li joriġinaw minn tatwaġġi u make-up permanenti se jonqsu wkoll.

Nota: Dan il-filmat jiddeskrivi l-istatus fi Frar 2018.

Ikklikkja biex tara l-infografika